Clilstore Facebook WA Linkedin Email
Login

This is a Clilstore unit. You can link all words to dictionaries.

1. L-Ewwel Kapitlu: Introduzzjoni għal CLIL

1.1. Il-Progress taCLIL

It-terminuContentandLanguageIntegratedLearning(CLIL)kien imniedi fl-1994 flimkien mal-Kummissjoni Ewropea. Din segwiet diskussjoni fl-Ewropa mmexxija minn esperti fil-Finlandja u l-Olanda dwar kif jistajiddaħħal it-tagħlim tal-lingwa, li jinsab fċerti skejjel, fl-iskejjel tal-gvern u l-kulleġġi.

Fdak -żmien, it-tnedija taCLIL kienet kemm politika kif ukoll edukattiva. ‘Il-motivatur politiku kien ibbażat fuq viżjoni li l-mobbiltà fl-Unjoni Ewropea teħtieġ livelli ogħla takompetenza fil-lingwi magħżula dak -żmien. Il-motivatur edukattiv, influwenzat minn inizjattivi bilingwi bħal Kanada, kien li jiddisinja u jadatta l-lingwa eżistenti li qed tgħallem biex tipprovdi studenti blivelli ogħla takompetenziMarsh(2012).

Issa, madwar għoxrin sena wara, il-kunċett tal-CLILreġadeher u mhux biss biex jittejjeb l-aċċess għal lingwi oħra, imma biex ikun hemm eżerċizzji innovattivi fil-kurrikulu.

CLILbeda jiġi aċċettat fil-pajjiżi Ewropej. Fil-fatt, fxi pajjiżi, hemm għalliema li huma mitluba jużaw CLIL fil-klassijiet tagħhom. It-tendenza tidher li CLIL se jintuża aktar fil-futur fħafna mill-pajjiżi fl-Ewropa.

 

1.2. Xinhu eżatt CLIL?

Definizzjoni:

CLILhuwa approċċ edukattiv fejn lingwa oħra hija użata għat-tagħlim u l-għarfien kemm tal-kontenut u anke tal-lingwa.”(EuroCLIC1994)

Ftermini aktar faċli, CLIL tintegra t-Tagħlim tal-Kontenut u t-Tagħlim tal-Lingwa. Bl-użu taCLIL, l-istudenti jitgħallmu wieħed jew aktar mis-suġġetti tal-iskola bil-lingwa immirata, ħafna drabi l-Ingliż, imma xi drabi blingwa oħra bħala t-tieni lingwa. L-istudenti mhumiex mistennija li jkunu profiċjenti fil-lingwa l-ġdida qabel ma jibdew jistudjaw. Huma jitgħallmu l-lingwa li għandhom bżonn biex jistudjaw fl-istess ħin li qegħdin jitgħallmu s-suġġett.

Permezz taCLIL, it-tagħlim tal-kontenut u tal-lingwa huma importanti l-istess. It-tnejn li huma huma suġġetti importanti għall-istudenti, u huma żviluppati u integrati bil-mod imma regolari. Maż-żmien, l-istudenti jitgħallmu kemm il-kontenut u anke l-lingwa l-ġdida, jekk mhux aħjar, minn studenti li jistudjaw il-kontenut u l-lingwa fi klassijiet separati.

CLIL jinvolvi bidla tal-fokus fil-klassi. Meta l-għalliema jużaw l-ischool lingua franca (SLF) biex jgħallmu, jistgħu jgħidu lill-istudenti dak kollu li jriduhom ikunu jafu, u l-istudenti jkunu jistgħu jifhmuhom. Madankollu, meta jgħallmu s-suġġett tagħhom bl-użu talingwa ġdida, dan ma jkunx possibbli. Minħabba dan, iridu juru lill-istudenti kif ifittxu l-informazzjoni huma stess, u kif jaħdmu u jitkellmu flimkien biex jiskopru ideat ġodda, biex l-użu tal-lingwa jsir parti mill-proċess tat-tagħlim. Fi kliem ieħor, l-għalliema jridu jibdlu l-metodoloġija tagħhom, u jsibu metodi oħra kif jgħinu lill-istudenti jitgħallmu.

Billi tagħmel dan, l-għalliema tipprepara studenti żgħar għad-dinja moderna, fejn in-nies jaħdmu fi gruppi, jużaw lingwi oħra biex jitkellmu makollegi oħra u biex jikkomunikaw manies fpajjiżi differenti. Huma mistennija jsolvu problemi, jippjanaw xogħolhom u jsibu affarijiet oħra bl-użu tafirxa tasorsi, speċjalment l-internet.

Għalhekk, CLIL, huwa ddisinnjat biex jipprepara lill-istudenti għall-futur. Dan jipprovdi l-ewwel pass għat-tagħlim u fehim bmod indipendenti.

1.3. L-Elementi taCLIL

 Ioannou Georgiou, S and Pavlou, P (2011) jgħidu li CLIL għandu tliet karatteristiċi ewlenin;

a)It-tagħlim talingwa oħra (AL) hija integrata fsuġġetti takontenut bħax-xjenza, l-istorja u l-ġografija. L-istudenti jitgħallmu l-lingwa immirata fejn il-kontenut huwa ffaċilitat.

b) CLIL għandu l-oriġini tiegħu fkuntesti soċjo-lingwistiċi u politiċi u CLIL jirrelata makull lingwa, età u livell taedukazzjoni minn qabel il-primarja, il-primarja, is-sekondarja, edukazzjoni ogħla sa vokazzjonali u tagħlim professjonali. Fdan is-sens, CLIL iwieġeb għall-proposta tal-programm tal-Unjoni Ewropea dwar l-edukazzjoni tul il-ħajja għaċ-ċittadini kollha, fejn il-multilingwaliżmu u multikulturaliżmu huma maħsuba li jippromwovu l-integrazzjoni, il-fehim u l-mobbiltà fl-Ewropej.

c)   CLIL huwa approwċ li jinvolvi l-iżvilupp taħiliet soċjali, kulturali, konjittivi, lingwistiċi, akkademiċi u ħiliet oħra, li min-naħa l-oħra jiffaċilita dak li jiġi akkwistat kemm fil-kontenut u kemm fil-lingwa. (cf Mehisto et al 2008: 11-12).

Clilstore

Short url:   https://clilstore.eu/cs/2564