Clilstore Facebook WA Linkedin Email
Login

This is a Clilstore unit. You can link all words to dictionaries.

3. Il-5 K

Meta l-għalliema jippjanaw lezzjoni tal-CLIL, hemm ħames affarijiet li jridu jaħsbu dwarhomil-Kontenut (Content), il-Komunikazzjoni (Communication), il-Kompetenzi (Competences), il-Komunità (Community) u l-Konjizzjoni (Cognition).

3.1. Il-Kontenut

Fit-tagħlim tradizzjonali, l-għalliema jippreparaw il-lezzjoni skont żvilupp loġiku tas-suġġett li l-istudenti kienu qegħdin jaħdmu fuqu. Bil-CLIL huwa l-istess. L-għalliema jiżviluppaw lezzjonijiet bdak li l-istudenti diġà jafu. Bdan il-mod, l-istudenti jibnu l-għarfien tal-kontenut bħallikieku qegħdin jibnu ħajt, saff ġebel wieħed fuq l-ieħor.

3.2. Il-Komunikazzjoni

Qabel, l-istudenti kienu jitgħallmu ħafna mill-kontenut waqt li kienu jisimgħu lill-għalliema titkellem. Bi CLIL, l-għalliema jitkellmu inqas, għaliex bdan il-metodu l-istudenti ma għandhomx ħafna xjitgħallmu minn din il-lingwa l-ġdida. Minflok, l-istudenti jistudjaw flimkien u jaħdmu fi gruppi, jitkellmu flimkien u mal-għalliema, u jużaw kemm jistgħu din il-lingwa.

Għalliema tal-CLIL għandha tistaqsi lilha nfisha numru tamistoqsijiet:

Fliema tip takomunikazzjoni se jkunu involuti l-istudenti?

Liema lingwa hija bżonjuża għal din il-komunikazzjoni?

Liema kliem li għandu xjaqsam mal-kontenut se jkollhom bżonn?

Xtip tagħajnuna (ara Kapitlu 4) nistanagħtihom?

3.3. Il-Kompetenzi

Dikjarazzjonijiet bħalnista’’ jiddeskrivu dak li hu mistenni li jintleħaq fil-lezzjoni, pereżempju, ’Nistanikkalkula l-‘areatatrijangolu’. L-għalliema tal-CLIL jaħsbu għal dikjarazzjonijiet ta’ ‘nista’’ li jridu li l-istudenti jkunu kapaċi jilħqu wara l-lezzjoni, jew għall-ħiliet u l-kontenut tal-lezzjoni jew għal-lingwa l-ġdida.

3.4. Il-Komunità

L-għalliema tal-CLIL jgħinu lill-istudenti jirrelataw dak li tgħallmu mad-dinja madwarhom. L-istudenti jaraw li dak li jitgħallmu mhuwiex biss suġġett tal-iskola, imma xi ħaġa li tirrelata mad-‘dinja reali’.

Għalhekk l-għalliema tal-CLIL trid taħseb dwar:

Xinhi r-relevanza tadin il-lezzjoni mal-ħajja tal-istudenti? Kif tingħaqad mal-Komunità u l-Kultura li jagħmlu parti minnha l-istudenti?

Tingħaqad ukoll makulturi oħra?

3.5. Il-Konjizzjoni

L-għalliema kienu qegħdin jgħinu lill-istudenti biex jitgħallmu jaħsbu ħafna qabel maġie introdott il-metodu tal-CLIL. Dejjem staqsew lill-istudentimeta?’, ‘fejn?’, ‘liema?’, ‘kemm?’ umin?’. Dawn il-mistoqsijiet jiffukaw fuq tweġibiet reali, speċifiċi u konkreti. L-istudenti li jitgħallmu jwieġbu dawn il-mistoqsijiet tajjeb jiżviluppaw il-ħiliet tal-ħsieb li jiftakru, jirrepetu, jagħmlu lista u jifhmu.

Ħiliet fil-ħsieb bħal dawn kienu kkategorizzati fit-Tassonomija taBloom bħalaLowerOrderThinkingSkills(LOTS)sa mill-1956(it-Tassonomija kienet reveduta aktar reċenti minnAndersonu Krathwohl). Skont it-Tassonomija, l-istudenti li jipprattikaw LOTS, bħal fil-mistoqsijiet tahawn fuq, jitgħallmu jiftakru u jifhmu l-informazzjoni u jispjegawha. Jitgħallmu wkoll japplikaw informazzjoni ġdida fsitwazzjoni differenti.

Il-metodu tal-CLIL ipprova jżid madawn il-ħiliet tal-ħsieb konkreti billi jadotta mistoqsijiet aktar astratti, konkreti u analitiċi. Dan mhux biss għal studenti ikbar u aktar kapaċi, imma fil-lezzjonijiet kollha. Student li qiegħed isegwi kors tal-CLIL fi ftit żmien ser ikun tgħallem dwar mistoqsijiet bħalgħaliex?’, ‘kif?” uliema evidenza hemm?’ u bhekk ikun ipprattika wħud mill-ħiliet fil-ħsieb ikkategorizzati minn Bloom bħala Higher Order Thinking Skills (HOTS). L-użu tadawn jgħin lill-istudenti biex jinvestigaw u jevalwaw informazzjoni ġdida u jużawha biex jiżviluppaw xi ħaġa ġdida.

Huwa tajjeb li naħsbu fit-tassonomija taBloom ftermini tamġiba tatagħlim (Learning Behaviours):

Irridu niftakru kunċett qabel ma nifhmuh.

Irridu nifhmu kunċett qabel ma napplikawh.

Irridu nkunu kapaċi napplikaw kunċett qabel ma nkunu kapaċi nanalizzawh.

Irridu nanalizzaw kunċett qabel ma nkunu kapaċi nagħmlu evalwazzjoni tiegħu.

Irridu niftakru, nifhmu, napplikaw, nanalizzaw, u nevalwaw kunċett qabel ma noħolquh.

3.6. Ir-Rota taBloom u l-Għażla tal-Aħjar Kliem

Ir-Rota taBloom: Il-figura hawn taħt tispjega l-kliem li nistgħu nużaw meta nistaqsu mistoqsijiet u nissettjaw xogħlijiet biex inħeġġu ħiliet taħsieb differenti. Din turi tassonomija taħiliet taħsieb, kliem tamistoqsijiet u xogħlijiet li l-ħsieb tagħhom huwa li joħolqu aktar HOTS uLOTS.

Pereżempju, l-użu takliem li joħloq mistoqsija bħalsemmi, agħmel lista, għidjgħin lill-istudenti jiftakru l-fatti. L-użu takliem li joħloq mistoqsija bħalikkuntrasta, agħraf u ikkategorizzajinkoraġġixxi lill-istudenti jiżviluppaw livell għoli taħila tal-ħsieb fl-Analiżi.

 

 

Clilstore

Short url:   https://clilstore.eu/cs/2568