Clilstore Facebook WA Linkedin Email
Login

This is a Clilstore unit. You can link all words to dictionaries.

4.3. L-Awtonomija tal-Istudent & Interazzjoni & Il-Ħin tal-Ħsieb tal-Għalliema

4.3.  L-Awtonomija tal-Istudent

Għan ewlieni tat-tagħlim permezz tal-CLILhuwa li l-istudenti jkunu megħjuna biex jaħdmu bmod aktar indipendenti biex isolvu l-problemi u jiżviluppaw l-għarfien u l-ħiliet tagħhom.

L-għalliema tal-CLIL kif jirnexxielhom jiksbu dan?

Meta naħsbu fiż-żmien meta aħna konna l-iskola, probabilment niftakru li kienu jgħidulna eżatt xnagħmlu, pass pass. L-għalliema kienu mistennija jikkontrollaw meta, fejn u kif isir it-tagħlim.

Permezz tal-CLIL, irridu nippruvaw inbiddlu l-approwċ, nikkunsidraw li fil-klassi nitilqu r-riedni, u niffaċċjaw li nitilfu r-rwol ċentrali. Għandna bżonn ngħaddu daqsxejn mill-kontroll lill-istudenti.

Hawnhekk għandek ftit affarijiet biex taħseb fuqhom:

Għall-ewwel l-għalliema tal-CLIL jistennew li se jkunu vulnerabbli fir-rwol il-ġdid tagħhom. Huwa diffiċli li tibda taħdem bmetodu anqas tradizzjonali, mhux biss għall-għalliema imma anke għall-istudentidawn se jirreżistu li jibdlu l-istil tat-tagħlim fil-klassi tagħhom sakemm ma jkollhomx l-opportunità li jadattaw bmod gradwali li jaħdmu bmod indipendenti. Li jiftakru li jridu jieħdu r-responsabbiltà tat-tagħlim tagħhom, u li jieħdu inizzjattiva biex isolvu l-problemi, jistgħu jkunu diffiċli ħafna. Ħafna drabi jippreferu jibqgħu lura, jisimgħu lill-għalliema u jħalluhom jgħidulhom dak li għandhom jagħmlu.

Wieħed mill-aktar rwoli importanti u diffiċi tal-għalliema tal-CLIL hu li jħarrġu lill-istudenti biex ikunu indipendenti.

4.4. Interazzjoni

Il-komunikazzjoni hija waħda mill-ħamesKtal-CLIL. Din tirreferi mhux biss għal kif l-għalliema u l-istudenti jikkomunikaw bejniethom bil-lingwa l-ġdidaimma anke kif jitgħallmu l-istudenti. Il-metodu tal-CLIL jagħraf li t-tagħlim mhux biss proċess intern u konjittiv, imma minflok jasal minn interazzjoni bejn l-għarfien u fehim.

Permezz tal-interazzjoni, l-istudenti jibnu fuq dak li diġà jafu għaliex iqabbluh u jiddiskutu l-kontenut il-ġdid mal-lingwa l-ġdida. Fl-istess ħin isiru konxji minn dak li għad fadlilhom jagħmlu. Għat-tagħlim tal-lingwa, l-interazzjoni tagħti opportunità biex jitgħallmu u jimxul quddiem.

L-għalliema tal-CLIL kif iżidu l-interazzjoni bejn l-istudenti?

Xogħol fpari

Meta l-għalliema tistaqsi mistoqsija HOTS, jew turi problema li għandha tissolva, jew tipprepara biċċa xogħol kreattiva, xi studenti jfittxu metodi biex jevitaw li jitkellmu quddiem il-klassi kollha, speċjalment bil-lingwa l-ġdida! Jekk l-għalliema tara li din ser tkun problema, tistatużaaħseb, aħdem maħabib, aqsambiex tgħin.

 Xogħol fi gruppi

Sakemm l-istudenti jkunu qegħdin jaħdmu fpari, ikunu qed isiru jafu lil xulxin aħjar u jibnu relazzjonijiet ġodda. Dan huwa utli ħafna fxogħol taproġetti, fejn l-interazzjoni bejn il-membri tagrupp hija essenzjali għall-koperazzjoni.

Ix-xogħol fpari u fi gruppi mhux metodi ġodda, imma huma importanti għall-metodu tal-CLIL.

4.5 Il-Ħin tal-Ħsieb tal-Għalliema

Il-Framework Ewropew tal-Edukazzjoni tal-Għalliema skont CLIL jistajkun riżorsa tajba għall-għalliema (u l-iskejjel) biex jirriflettu fuqu u jfasslu opportunitajiet għat-taħriġ tal-għalliema:

http://clil-cd.ecml.at/EuropeanFrameworkforCLILTeacherEducation/tabid/2254/language/en-GB/Default.aspx

Ladarba l-iskola tiddeċiedi li tadotta l-metodu CLIL, kull għalliema involuta għandha bżonn ftit ħin biex tara u tirrifletti fuq it-tagħlim tagħha u biex tiddeċiedi xtibdil hemm bżonn. Li tqattaftit ħin sakemm tiffamiljarizza ruħha madan il-metodu li jiffoka fuq l-istudent u metodu interattiv tatagħlim jgħin lill-għalliema biex tgħid bkunfidenzagħada hija l-ewwel ġurnata tadan it-term, u ħa nagħmel CLIL!’

Clilstore

Short url:   https://clilstore.eu/cs/2571