Clilstore Facebook WA Linkedin Email
Login

This is a Clilstore unit. You can link all words to dictionaries.

Ambjentali, URL tat-test

Għandu jkollok għarfien ta’

  • Ir-responsabbiltajiet u l-mod ta’ kif tuża l-materjali
  • Kif għandek tirriċikla u tnaqqas l-iskart
  • Kif tagħraf materjal perikoluż u skart speċjali
  • Prekawzjonijiet u proċeduri ta’ x’tagħmel bi skart perikoluż
  • Sostenibbiltà fl-għażla u l-użu ta’ materjali

 

Qiegħed fuq il-post tax-xogħol u trid tarmi xi likwidu li fih xi żejt imma ma tafx x’ser tagħmel bih.  X’għandek tagħmel?

A: Tagħlqu f’kontenitur issiġillat u tarmih fl-iskipp

B: Titfgħu mal-art għax l-art tixrob il-likwidu

Ċ: Ħudu xi mkien barra u aħarqu

D: Staqsi lil min hu fuqek dwar kif l-aħjar teħles minn dan il-materjal

 

Kif għandek teħles minn skart perikoluż.

A: Poġġih fil-qiegħ ta’ xi skipp

B: Skont kif jitolbu r-regolamenti tal-post tax-xogħol

Ċ: Ħudu miegħek id-dar, għax fuq ix-xogħol ħadd ma jridu

D: Ħudu fl-eqreb Civic Amenity site.

 

Liema minn dawn Ii ġejjin hu klassifikat bħala skart perikoluż?

A: Insulazzjoni li ma fihiex asbestos

B: Polythene u shrink wrap

Ċ: Boroż tas-siment vojta

D: Tubi tad-dawl

 

Liema minn dawn li ġejjin hu kkunsidrat bħala skart perikoluż?

A: Injam, plywood, u materjal bħall-malamine?

B: Insulazzjoni tal-fajberglas

Ċ: Bottijiet tal-isprej

D: Maskli kontra t-trab użati

 

Trid tnaddaf xi qtar taż-żejt li ħareġ mal-art minn xi magna. Liema minn dawn hu sewwa li tagħmel?

A: Armi t-trab ikkontaminat/serratura biż-żejt fi skipp normali

B: Qiegħed it-trab ikkontaminat/serratura biż-żejt f’kontenitur apposta li fih jitpoġġa l-iskart perikoluż

Ċ: Qiegħed it-trab ikkontaminat/serratura biż-żejt taħt xi ħaġa ħalli ma tidhirx fl-iskipp.

D: Itfa’ s-sapun fuq iż-żejt u laħlaħ bl-ilma

 

Fejn qiegħed taħdem, hemm sħabek li qegħdin igergru li qiegħed taqla’ wisq trab. X’għandek tagħmel?

A: Għidilhom li dalwaqt tlesti

B: Ieqaf aħdem u informa lil ta’ fuqek

Ċ: Tagħtix kashom, mhix biċċa tagħhom

D: Agħti maskra tat-trab lil sħabek

 

Min għandu jkun jaf ir-riskji ambjentali fuq il-post tax-xogħol?

A: Il-kuntrattur ewlieni

B: Il-kuntratturi kollha

Ċ: Kull min qiegħed jaħdem fil-post

D: L-iskrivan li jieħu ħsieb il-kundizzjonijiet tax-xogħol

 

Skont il-liġi tal-ambjent, liema minn dawn hi vera?

A: Kemm kumpaniji u kemm individwi jistgħu jitħarrku jekk ma jimxux mal-liġi

B: Kumpaniji jistgħu jitħarrku imma mhux individwi

Ċ: Huwa legali li tittrasporta skart industrijali mingħajr id-dokumenti meħtieġa

D: Huwa legali li tħarbat l-abitat ta’ speċi protetti.

 

Meta l-individwi jkunu fuq il-post tax-xogħol, għandhom responsabilità lejn is-sostenibbiltà tal-ambjent?

A: Le, ir-responsabilità kollha taqa’ fuq il-maniġer responsabbli mix-xogħol

B: Le, hija biss responsabilità tal-awtorità tal-ambjent

Ċ: Għandhom biss f’postijiet fejn hemm l-asbestos

D: Iva, f’kull post tax-xogħol

 

Mill-aspett ta’ sostenibbiltà, liema minn dawn mhuwiex prattika tajba?

A: Ibża’ għall-materjal, fjuwil, ilma u enerġija

B: Tieħu ħsieb lil sħabek fuq il-post tax-xogħol

Ċ: Tibża’ għall-ambjent

D: Tarmi ram jew biċċiet tal-kejbils fil-miżbla

 

Liema minn dawn li ġejjin ma jgħinx fis-sostenibbiltà ambjentali waqt proġetti ta’ kostruzzjoni?

A: Li tħalli magni u muturi jaħdmu meta ma hemmx bżonnhom

B: Li tissepara l-iskart

Ċ: Li trikkeb lil xi wħud minn sħabek fil-karozza jew li jintuża t-trasport pubbliku.

D: Li tevita sħana eċċessiva fil-gabbani tas-sit

 

Fl-interess tas-sostenibbiltà tal-ambjent, liema minn dawn li ġejjin għandek tagħmel?

A: Ħaddem il-makkinarju u l-impjant meta m’hemmx bżonnu

B: Ordom materjal ta’ skart

Ċ: Żomm mar-regolament ta’ kif għandu jiġi trattat l-iskart

D: Armi skart likwidu f’xi ħofra ’l bogħod mill-għajn

 

Liema minn dawn li ġejjin mhumiex metodi ta’ xogħol li jiffavorixxu l-ambjent?

A: Toħloq problemi ta’ trab lill-ġirien u lill-proprjetajiet tagħhom

B: Tevita li tikkontamina l-ilma u l-ħamrija

Ċ: Ma taħlix enerġija

D: Tnaqqas kemm tista’ skart tal-kostruzzjoni

 

Għalfejn, għall-ġid tal-ambjent, ikun aħjar li fejn hu possibbli l-materjali jerġgħu jintużaw?

A: Sabiex il-klijent jiffranka l-flus

B: Għax ħafna enerġija u materjal huma użati sabiex jinħadmu bosta mill-prodotti użati fil-kostruzzjoni

Ċ: Għax b’hekk jinħoloq anqas imbarazz

D: Għax hija liġi tal-Unjoni Ewropea

 

Liema minn dawn l-azzjonijiet tgħin sabiex jitnaqqas l-iskart?

A: Uża li u kemm għandek bżonn. Li jifdal agħlqu u issiġillah biex ma jinħeliex

B: Kuljum uża materjal ġdid

Ċ: Ħalli materjal jixxarab bix-xita

D: Dejjem aħseb għal ħafna aktar – ma tafx x’jista’ jinqala’

 

Liema minn dawn hi prattika tajba għall-ambjent?

A: Ordna ħafna materjal żejjed

B: Issepara l-iskart f’tipi differenti

Ċ: Ħalli skips miftuħin għax-xita

D: Ħalli magni jaħdmu għal xejn

 

Għandhom l-individwi fuq post tax-xogħol responsabbiltà sabiex inaqqsu l-ammont ta’ skart li jintuża?

A: Iva, jekk ikun qiegħed jitneħħa l-asbestos minn fuq il-post biss

B: Iva, kull individwu għandu din ir-responsabilità

Ċ: Le, hija r-responsabilità tal-klijent

D: Iva, imma fl-aħħar waqt li jkun qiegħed jitnaddaf il-post

 

Jekk fadallek materjal li ma ntużax, x’għandek tagħmel qabel ma tarmi materjal mhux perikoluż fi skipp?

A: Kun żgur li hemm tabella fuqu

B: Qiegħdu f’borża tal-plastik u poġġih fl-iskipp

Ċ: Ara jekk hemmx xi ħadd ieħor li jista’ jużah

D: Iżnu

 

Għaliex tipi differenti ta’ skart għandhom ikunu separati fuq il-post?

A: Għax jieħdu anqas spazju fl-iskipp

B: Sabiex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jagħmlu taxxa fuq il-miżbliet

Ċ: Sabiex il-kuntrattur ikun jaf x’qiegħed jintrema

D: Sabiex l-iskart ikun jista’ jiġi rkuprat b’aktar faċilità

 

Kif għandek taħżen materjal bħal żejt, fjuwil jew kimika fuq post tax-xogħol?

A: Uża l-eqreb kontenitur

B: Uża kontenitur trasparenti ħalli tkun taf kemm fadallek

Ċ: Kun żgur li l-materjal hu maħżun b’mod sigur u bla periklu, mhux fis-saqajn jew minn fejn jgħaddu xi vetturi.

D: Neħħi l-għotjien ħalli ma tinġemax pressjoni fil-kontenitur

 

X’għandu jsir biex ma ssirx ħsara lill-ambjent f’każ ta’ tixrid ta’ likwidi?

A: Itfa’ l-ilma fuq il-likwidu biex tmexxi l-materjal

B: Itfa’ trab jew serratura fuq il-likwidu

Ċ: Aħżen il-kontenitur rasu ’l isfel biex ma joħroġ xejn minnu

D: Aħżen żjut u likwidi oħra f’post fejn, jekk jinxtered xi materjal, jibqa’ miġbur f’dik iż-żona, bħal ċint żgħir jew tilar taħt il-kontenituri.

 

Clilstore Back to Moodle

Short url:   https://clilstore.eu/cs/6042