Clilstore Facebook WA Linkedin Email
Login

This is a Clilstore unit. You can link all words to dictionaries.

Saħħa Ġenerali, URL tat-test tal-ewwel parti

Għandu jkollok għarfien bażiku ta’:

  • Kif jaffettwawk l-Att tas-Saħħa u s-Sigurtà 1974, ir-Regolamenti u l-Kodiċi tal-Prattika Approvati
  • Ir-responsabbiltajiet ta’ min iħaddem skont l-Att tas-Saħħa u s-Sigurtà waqt ix-Xogħol
  • Ir-responsabbiltajiet lejk innifsek u lejn l-oħrajn skont l-Att tas-Saħħa u s-Sigurtà waqt ix-Xogħol
  • Kif inhi nfurżata l-liġi tas-saħħa u s-sigurtà
  • Il-poteri tal-ispetturi tal-Awtorita tas-saħħa u s-sigurtà
  • Il-karatteristiċi ewlenin tas-sinjali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

 

Xi jfissru bl-Ingliż l-ittri CDM?

A:  Control of Demolition and Management Regulations

B:  Control of Dangerous Materials Regulations

Ċ:  Construction (Demolition Management) Regulations

D:  Construction (Design and Management) Regulations

 

Identifika mod kif tinforza regolamenti li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà.

A:  Avviż tas-Saħħa

B:  Avviż ta’ Titjib

Ċ:  Avviż ta’ Imblukkar

D:  Iżżid il-primjums tal-assigurazzjoni

 

X’jiġri jekk jinħareġ Avviż ta’ Projbizzjoni minn Spettur tal-Awtorita’ tas-Saħħa u s-Sigurtà lokali?

A:  Ix-xogħol li nbeda jista’ jitkompla imma ma jinbediex xogħol ġdid

B:  Ix-xogħol jista’ jitkompla jekk ikun hemm prekawzjonijiet ta’ sigurtà adegwati

Ċ:  Ix-xogħol li nħariġlu l-Avviż irid jieqaf

D: Ix-xogħol jista’ jitkompla kemm-il darba jsir assessjar tar-riskju

 

Spettur tas-Saħħa u s-Sigurtà jista’:

A:  Iżur post jekk ikun sar appuntament biss

B:  Iżur post meta jrid

Ċ:  Iżur post jekk ikun akkumpanjat mill-kuntrattur ewlieni biss

D:  Iżur biex jintervista lill-maniġer tas-sit biss.

 

Avviż ta’ Projbizzjoni jfisser:

A:  Meta tispiċċa x-xogħol ma tistax terġa’ tibda

B:  Ix-xogħol irid jieqaf minnufih

Ċ:  Ix-xogħol irid jieqaf għal dakinhar biss

D:  Ix-xogħol jista’ jitkompla sa tmiem dik il-ġurnata

 

F’liema ċirkostanzi jista’ joħroġ Avviż ta’ Titjib mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà?

A:  Jekk ikun hemm ksur ta’ rekwiżiti legali

B:  B’mandat ta’ arrest mill-pulizija

Ċ:  Bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa biss

D:  Mill-uffiċċju tal-prosekuzzjoni

 

X’inhu “Avviż ta’ Titjib”?

A:  Avviż maħruġ mill-kuntrattur ewlieni tas-sit biex jitnaddaf is-sit

B:  Avviż mill-klijent għall-kuntrattur ewlieni biex jitħaffef ix-xogħol

Ċ:  Avviż maħruġ mill-perit tal-Bini biex jitħaffru l-pedamenti aktar fil-fond

D:  Avviż maħruġ mill-Ispettur tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà /awtorità lokali biex jinforza kompatibilità mal-leġislazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà

                     

Jekk Spettur tas-Saħħa u Sigurtà joħroġ “Avviż ta’ Projbizzjoni”, dan ifisser:

A:  Il-maniġer tas-sit jista’ jagħżel jagħtix kas tal-avviż jew le

B:  Attivitajiet tax-xogħol speċifiċi, enfasizzati fl-avviżż, iridu jieqfu

Ċ:  L-Awtorità trid tissorvelja x-xogħol indikat fl-avviż

D:  L-Awtorità trid tissorvelja x-xogħol kollu minn hemm ’il quddiem

 

Dawk li jimpjegaw huma obbligati li jipprovdu informazzjoni lill-impjegati tagħhom dwar id-drittijiet u dmirijiet għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom u kif jieħdu parir billi:

A:  Jgħidulhom verbalment meta jibdew ix-xogħol magħhom

B:  Jwaħħal kartellun jew jagħtihom fuljetti approvati mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà     

Ċ:  Jġegħelhom jaqraw il-politka tal-kumpanija dwar is-saħħa u s-sigurtà

D:  Jibagħtilhom imejl bl-informazzjoni

 

Min hu responsabbli għall-iffirmar tal-Politka tas-Sigurtà ta’ Kumpanija?

A:  Il-Maniger tas-sit

B:  L-Uffiċjal tas-Sigurtà ta’ Kumpanija

Ċ:  Is-Segretarju ta’ Kumpanija

D:  Id-Direttur Maniġerjali

 

Liema minn dawn għandu jitniżżel fil-politka miktuba tas-Saħħa u s-Sigurtà ta’ kumpanija?

A:  Għanijiet u objettivi tal-kumpanija

B:  Organizzazjoni u arranġamenti li hemm biex titwettaq il-politka tas-saħħa u s-sigurtà      

Ċ:  Isem ta’ min jagħti parir dwar is-saħħa u s-sigurtà                    

D:  L-indirizz tad-dar tad-Direttur tal-Kumpanija        

 

Dawk li jimpjegaw għandhom jipprovdu dikjarazzjoni bil-miktub tal-Politka tas-Saħħa u s-Sigurtà meta:

A:  Jibda kuntratt

B:  Jimpjegaw ħamsa min-nies jew aktar

Ċ:  Ir-rappreżentant tas-saħħa jitlobha

D:  L-Awtorità tavżahom

 

Kumpaniji li jimpjegaw numru kbir ta' nies irid ikollhom bil-miktub il-Politka tas-Saħħa u s-Sigurtà għaliex:

A:  Għaliex il-kuntrattur ewlieni li qed iħaddimhom jaqbillu.

B:  Il-liġi titlobha

Ċ:  L-Att tas-Sigurtà Soċjali jitlobha

D:  L-Għaqdiet tal-Ħaddiema jitolbuha

 

Xi jfissru bl-Ingliż l-ittri HSE?

A:  Highly Safe Electrician

B:  Health and Safety Exercise

Ċ:  Health and Safety Examiner

D:  Health and Safety Executive

 

Il-Health and Safety Executive hi:

A:  Parti mis-Servizz tas-Saħħa Nazzjonali

B:  Il-bord regolatorju għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

Ċ:  Il-ġurija f’każijiet il-qorti dwar saħħa u sigurtà

D:  Parti mill-korp tal-pulizija

 

L-Att tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol jitlob lil dawk li jimpjegaw biex jipprovdu lill-impjegati:

A:  Perjodu adegwat ta’ serħan              

B:  Ħlas għax-xogħol

Ċ:  Post tax-xogħol sigur

D:  Trasport tajjeb għall-post tax-xogħol

 

Il-Health and Safety at Work Act 1974 u kull regolament fi ħdan dan l-Att huma:

A:  Mhux obbligatorji, imma għandhom jiġu osservati jekk ikun jaqbel

B:  Biex jiġu kkonsultati minn kumpaniji u individwi

Ċ:  Pariri prattiċi għal min jimpjega

D:  Mitluba legalment

 

Skont l-Att 1974 tas-Saħħa u s-Sigurtà, liema minn dawn huma obbligati li jaħdmu b’mod sigur?

A:  L-impjegati biss

B:  Il-pubbliku ġenerali

Ċ:  Min iħaddem biss

D:  Kull min jaħdem

 

X’inhi bħalissa l-piena li Qorti tista’ timponi għall-ksur tal-Att tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol?

A: Multa ta' €80 kull darba li jkun hemm kontravenzjoni

B: Multa ta' €150 kulljum waqt il-kontravenzjoni 

Ċ  Multa ta' €200 ta' darba

D: Multa massima ta' €250 għal kull kontravenzjoni

 

Xi jfissru bl-Ingliż l-ittri AcoP?

A:  Accepted Code of Provisions

B:  Approved Condition of Practice

Ċ:  Approved Code of Practice

D:  Accepted Code of Practice

 

Clilstore Back to Moodle

Short url:   https://clilstore.eu/cs/6038