Clilstore Facebook WA Linkedin Email
Login

This is a Clilstore unit. You can link all words to dictionaries.

Tagħmir tax-Xogħol, URL tat-test tal-ewwel parti

Għandu jkollok għarfien bażiku ta’:

 

Xi jfissru bl-Ingliż l-ittri SWL?

A:  Safe working level

B:  Satisfactory weight limit

Ċ:  Satisfactory working limit

D:  Safe working load

 

Min għandu jħaddem impjant u tagħmir fuq is-sit?

A:  Dawk biss li għalqu 18-il sena

B:  Ħaddiema mħarrġa u awtorizzati biss

Ċ:  Ħaddiem li għandu liċenzja tas-sewqan sħiħa

D:  Ħaddiem tal-esperjenza

 

X’periklu jinħoloq meta ras l-iskarpell tixxammar?

A:  Ras iżgħar fejn tagħti daqqa

B:  Id-daqqa tkun aktar ratba

Ċ:  Titjir ta’ frak tal-azzar

D:  Ħsara lir-ras tal-mazza

 

Kull tagħmir bil-ħsara għandu:

A:  Jiġi rrapportat lill-imgħallem

B:  Jintrema minnufih

Ċ:  Jiġi llejbiljat li hu ‘bil-ħsara’ qabel jintuża              

D:  Maqful biex ħadd ma jużah

 

Id-driler tal-elettriku li se tuża għandu swiċċ difettuż. X’għandek tagħmek?

A:  Ipprova sewwi d-difett

B:  Sib driler ieħor u kompli aħdem

Ċ:  Ieqaf aħdem u informa lill-imgħallem

D:  Dawwar is-swiċċ bit-tejp biex ikompli jaħdem u kompli użah.

 

L-għodda elettrika tal-id li se tuża għandha sinjali ta’ ħruq fuq il-kejbil tagħha. X’għandek tagħmel?

A:  Ittejpja l-parti maħruqa u kompli

B:  Informa lill-imgħallem bid-difett u tużax l-għodda

Ċ:  Iddobba għodda oħra u kompli, imma tgħid lil ħadd

D:  Kompli sa ma tlesti

 

L-imgħallem jgħidlek tuża għodda tal-elettriku tal-id li għandha xafra li ddur. Tinduna li l-kopertura protettiva hi nieqsa minn max-xafra. X’tagħmel?

A:  Uża l-għodda xorta waħda, qatt ma kellek aċċident biha qabel 

B:  Informa lill-imgħallem li l-għodda hi perikoluża u li l-kopertura protettiva trid tinbidel qabel ma tintuża                     

Ċ:  Ipprova għamel kopertura protettiva ta’ fuq fuq int innifsek

D:  ikkuntattja l-manifattur tal-għodda

 

L-għodod tal-elettriku tal-idejn iridu jkunu:

A:  L-aħjar li tista’ tixtri

B:  fl-idejn meta tiġi bżonnhom

Ċ:  Bl-ilwien tal-kumpanija

D:  Tajbin għax-xogħol u eżaminati regolarment

 

Meta għandha ssir verifikazzjoni viżwali ta’ għodod tal-id minn min jużahom?

A:  Meta jkun meħtieġ li jinbidel            

B:  Kull xahar

Ċ:  Kull ġimgħa

D:  Kull darba li jintuża

 

Xi prekawzjoni għandek tieħu qabel tirranġa għodda elettrika?

A:  Ara li l-wajer ma jkunx mibrum jew mgħaqqad

B:  Ilbes żarbun tax-xogħol b’boċċa tal-azzar

Ċ:  Aqla’ l-għodda minn mal-elettriku

D:  Ilbes it-tagħmir protettiv personali korrett

 

Se jintuża driler tal-elettriku. Imma qabel ma jintuża, min għandu jeżamina l-għodda?

A:  Min jieħu ħsieb il-maħżen

B:  Elektrixin

Ċ:  Formen

D:  Min se jużah

 

X’għandek tagħmel jekk jiqaflek driler tal-elettriku waqt li tkun qiegħed tużah?

A:  Ċaqalqu ftit ’l hawn u ’l hinn

B:  Qiegħdu lura fil-kaxxa tal-għodda

Ċ:  Itfi u ixgħel id-dawl

D:  Neħħih mill-idejn u informa lill-imgħallem

Clilstore Back to Moodle

Short url:   https://clilstore.eu/cs/5995