Clilstore Facebook WA Linkedin Email
Login

This is a Clilstore unit. You can link all words to dictionaries.

5. Kampjun tal-lezzjonijiet CLIL

5.1. VET(Skola Vokazzjonali)

CLIL4Utipprovdi 24xenarju VETli jkopri numru ta’ suġġetti vokazzjonali.

Ix-xenarji jiddeskrivu kif tgħallem module ibbażat fuq CLIL, jiġifieri, parti minn suġġett minn taqsimiet magħżula, li hu mgħallem permezz tat-tieni lingwa. Kull xenarju juri kif jaħseb għall-5K, u jipprovdi deskrizzjoni tat-Topik, u ta’ kull waħda mill-5 K.

Kull xenarju għandu pjan tal-lezzjoni u attivitajiet relatati, u links għal materjal onlajn lest biex jintuża.

Kull xenarju jista’ jiġi pprintjat minn fajls PDF, jinqara onlajn bħala paġni web, jew jinqara bħala eBooks, eż fuq iPads jew tablets oħra, jew mill-kompjuters.

Lista sħiħa ta’ xenarji VET jinsabu:                              

http://languages.dk/clil4u/index.html

5.2. Primarjiu Sekondarji

CLIL4U jipprovdi wkoll 24 xenarju għall-Primarji li jkopru lista ta’ topiks. Dawn jistgħu jintużaw ukoll għall-klassijiet sekondarji aktar baxxi.

Bħal fix-xenarji VET, ix-xenarji tal-Primarja jiddeskrivu kif jiġi mgħallem module ibbażat fuq il-metodu CLIL. Kull xenarju juri kif jaħseb għall-5K, u jipprovdi deskrizzjoni tat-Topik, u ta’ kull waħda mill-5 K.

Kull xenarju għandu pjan tal-lezzjoni u attivitajiet relatati, u links għal materjal onlajn lest biex jintuża.

Kull xenarju jista’ jiġi pprintjat minn fajls PDF, jinqara onlajn bħala paġni web, jew jinqara bħala eBooks, eż fuq iPads jew tablets oħra, jew mill-kompjuters.

Lista’ sħiħa ta’ xenarji jinsabu:

http://languages.dk/clil4u/index.html

5.3. Ħarsa fid-dettall ta’ żewġ xenarji CLIL f’livelli differenti

F’din it-taqsima, se naraw żewġ studji ta’ implimentazzjoni tal-CLIL f’żewġ livelli differenti

5.3.1.  Xenarju VET –Studju ta’ Każ

L-isfond/is-sitwazzjoni madwar ix-xenarju:

Ix-Xenarju Ħut u Frott tal-Baħar kien magħżul għaliex huwa parti mill-kurrikulu tal-istudenti u ladarba dawn l-situdenti partikolari huma mistennija li jaħdmu fl-Industrija tat-Turiżmu jew f’Ċipru jew barra mill-pajjiż, li jkunu jafu l-ismijiet speċifiċi tal-ħut u tal-frott tal-baħar bl-Ingliż huwa vantaġġ.

Il-problemi li sabu u solvew l-għalliema li ħolqu dan ix-xenarju:

L-għalliema sabet li l-ħin allokat suppost kellu jkollu n-numru tal-istudenti fil-klassi u n-numru tal-attivitajiet, speċjalment meta kien hemm involuta preżentazzjoni. Barra minn hekk l-istudenti suppost li ngħataw eżempji ta’ riċetti tal-ħut qabel ma kienu mitluba joħolqu tagħhom, speċjalment għal dawk l-istudenti li għandhom ftit esperjenza jew xejn fit-tisjir.

Fejn tidħol il-lingwa, għalkemm il-livell tal-Ingliż ta’ din il-klassi partikolari kien baxx, ma kienx hemm problemi għaliex l-istudenti ngħataw glossarju bilingwi li għen lill-istudenti jitgħallmu l-ismijiet tal-ħut u l-frott tal-baħar. Il-parti grammatikali kienet ħafifa wkoll ladarba il-livell CEFR A1-A2+. L-għajnuna tal-għalliema tal-lingwi li ħolqu x-xenarju u l-eżerċizzji fil-livell it-tajjeb kienet tajba ħafna. Dan għen fil-metodu tal-ipprattikar tal-istrutturi tal-lingwa partikolari li l-istudenti kellhom jitgħallmu fil-klassi.

Il-profil tal-istudenti:

L-istudenti ta’ din il-klassi partikolari kienu studenti tal-ewwel sena fid-Diploma tal-Arti Kulinarja. L-età tal-istudenti kienet tvarja bejn it-18 u l-25 sena. Kienu kelliema nattivi tal-Grieg u l-livell tal-Ingliż tagħhom kien A2. Wara li jiggradwaw mill-kulleġġ bid-Diploma fl-Arti Kulinarja, huwa normali għall-istudenti li jaħdmu fl-Industrija tal-Lukandi jew f’restoranti. CLIL huwa utli ħafna f’dawn is-sitwazzjonijiet ladarba jipprovdi lill-istudenti t-terminoloġiji użati fix-xogħol tagħhom b’lingwa oħra, f’dan il-każ, l-Ingliż. Il-menus ta’ bosta restoranti fid-dinja huma miktubin bl-Ingliż biex jgħinu lit-turisti jifhmu dak li jridu jordnaw.

Riżultati:

It-tagħlim sar kemm fil-Kontenut u anke fil-Komunikazzjoni. Dan għen lill-istudenti jirrealizzaw kemm kienu jafu jew kemm kienu jafu ftit meta mqabbel mas-suġġett tagħhom tal-Ħut u l-Frott ta-Baħar. Setgħu wkoll jipprattikaw l-użu tal-imperattiv u l-komparattiv. Raw l-utilità li jaħdmu fuq il-Kompetenzi u l-Konjizzjoni għaliex ladarba identifikaw, sabu, għażlu u ddeskrivew kliem ġdid u stampi, tgħallmu u għamlu lista ta’ ingredjenti, sabu l-użu tagħhom u fl-aħħar ħolqu riċetta. Tgħallmu kif janalizzaw u jqabblu r-riċetti ta’ sħabhom, jikkategorizzawhom u jqassmu tipi differenti ta’ ħut u frott tal-baħar u jħalltu l-ingredjenti. Huma ikkritikaw u faħħru r-riċetti ta’ sħabhom.

Kollox ma’ kollox, l-istudenti ħadu gost b’dan il-metodu ta’ tagħlim għaliex inkluda għajnuniet tal-multimedja bħal vidjows u preżentazzjonijiet bil-Powerpoint.

Ħarsa fid-dettal għal ‘Ħut u Frott tal-Baħar’:

http://languages.dk/clil4u/scenarios/sc16/

5.3.2.  Ix-Xenarju Primarju

L-isfond/is-sitwazzjoni madwar ix-xenarju:

Dan it-topik ‘Il-Pjanti’ jagħmel parti mill-kurrikulu u kien magħżul għaliex il-kontenut huwa faċli biex jinftiehem, għalhekk l-istudenti li kellhom il-livell tal-lingwa ż-żejda baxx ma jħossuhomx frustrati. Barra minn hekk, it-topik ta l-opportunità lill-għalliema li jippreparaw xenarju viżwali u esperimentali.

Il-problemi li sabu u solvew l-għalliema li ħolqu x-xenarju:

L-għalliema kellhom numru ta’ riservi dwar it-traduzzjoni ta’ vokabularju speċifiku. Il-ħsieb li l-istudenti jkunu jafu l-partijiet tal-pjanta b’lingwa oħra meta għadhom ma jafuhomx bil-lingwa tagħhom deher daqsxejn stramb. Għalhekk ġie deċiż li f’dan il-każ il-lingwa ma tkunx tradotta għaliex inħass li meta jintuża l-CLIL, huwa importanti li toħloq atmosfera għal-lingwa l-ġdida fejn it-traduzzjoni tinterferixxi.

Il-profil tal-istudenti:

Il-klassi kienet magħmula minn studenti ta’ 7 u 8 snin. Dawn kienu fit-tieni sena tal-iskola primarja. Kellhom kuntatt mal-lingwa l-ġdida għal 3 snin, għalhekk il-livell ta’ fehim kien tajjeb. Il-ħiliet tal-kelma ma kinux daqstant tajbin, għalhekk tħallew jużaw il-lingwa tagħhom. L-istudenti ma tantx kienu tajbin fil-kitba, għalhekk ġie deċiż li tiġi introdotta ftit kitba fix-xenarji li jmiss.

Ir-Riżultati:

L-istudenti għoġobhom dan il-metodu ta’ tagħlim. Kienu żgħar wisq biex jirrealizzaw li kienu qed jitgħallmu u jtejbu l-lingwa l-ġdida. Kienu aktar ikkonċentrati biex jifhmu l-kunċetti, jieħdu gost bl-attivitajiet u jaħdmu ma’ sħabhom tal-klassi.

L-għalliema se jkomplu jaħdmu bil-CLIL għaliex huwa metodu differenti kif jgħallmu lingwa ġdida. L-istudenti jitfgħu l-attenzjoni tagħhom fuq il-kontenut mingħajr ma jkunu konxji li jkunu qed jaħdmu fuq il-lingwa wkoll.

Ħarsa għall-Pjanti fid-dettall:

http://languages.dk/clil4u/scenarios/sc8/

Clilstore

Short url:   https://clilstore.eu/cs/2572